Kitba ta’ Dr. Joseph Mizzi- Pedjatra
Baby & Toddler
It-tarbija u l-għawm
- It-trabi u tfal żgħar jieħdu gost jgħumu. L-għawm iservi ta’ eżerċizzju fiżiku wkoll.
- Wara l-ħlas l-omm aħjar ma tinżilx tgħum imqar għal sitt ġimgħat. It-tarbija tista’ titniżżel tgħum mill-ewwel ġimgħat tal-ħajja.
- F’Malta hawn diversi swimming classes għat-trabi u toddlers.
- Jekk it-tarbija għandha anqas minn sitt xhur, l-ilma jrid ikun msaħħan għal madwar 32 grad.
- Minn madwar sitt xhur tista’ tniżżel it-tarbija tgħum fil-baħar. Ara li l-baħar ma jkunx kiesaħ. Uża sunblock u life vest.
- It-tarbija titlef is-sħana tal-ġisem malajr u m’għandhiex titħalla fl-ilma għal ħin twil (minn 10 sa 20 minuta). Jekk it-tarbija tibqa’ tirtgħod, oħroġha mill-ilma, ixxottha u ġeżwirha f’xugaman.
- Tniżżilx it-tarbija tgħum jekk ma tiflaħx jew bid-deni.
- Tħallix it-tarbija jew toddler weħidhom ħdejn l-ilma jew fl-ilma (id-dar, pool jew baħar). Is-siġurtà għandha tiġi l-ewwel.
- Laħlaħ it-tarbija bl-ilma tal-vit (mill-chlorine tal-pool jew mill-melħ tal-ilma baħar) u applika moisturiser, speċjalment jekk it-tarbija għandha ġilda xotta jew eczema.