Parent Child Club

bl_banner_parentchildclub_728x90_18

Baby & Toddler

Is-snien tat-tarbija

L-ewwel snien joħorġu meta t-tarbija jkollha madwar sitt xhur. L-età taf tvarja minn 3 xhur sa sena jew aktar. Is-soltjitilgħu iż-żewġ sinniet ta’ quddiem t’isfel, imbagħad l-erba’ sinniet ta’ quddiem ta’ fuq. Sa sentejn jew tlieta jkunu ħarġu s-snien, in-nejbiet u d-dras kollha, għoxrin b’kollox.

teeth-1670434_960_720

It-Teething

Minn madwar xahrejn ‘il quddiem it-tarbija tibda ddaħħal idejha f’ħalqha. Dan hu pass ieħor fl-iżvilupp normali tat-tarbija u ma jfissirx li hemm bżonn xi kura speċjali.

Waqt it-teething (meta tkun qed taqsam il-ħanek) it-tarbija tliegħeb u iddaħħal idejha u oġġetti oħra f’ħalqha biex tgiddem fihom. Tista’ wkoll tmiss u tħokk widintha. It-tarbija taf tkun mdejjqa, miġugħa u tibki aktar mis-soltu. L-aptit jista’ jonqos; l-irqad ukoll jista’ jkun imfixkel. Is-snien ma jtellgħux deni għoli; għalhekk jekk it-tarbija jkollha d-deni, kellem lit-tabib.

Il-ġenituri jistgħu jgħinu lit-tarbija b’diversi modi:

  1. Idlek it-teething gel b’subgħajk fuq il-ħanek biex itaffi l-uġigħ. Id-Dentinox Teething Gel jista’ jintuża kull 20 minuta, il-Bonjela Teething Gel kull 3 sigħat, skond il-bżonn.
  2. Agħti teething ring lit-tarbija biex tgiddem fih. Qabel poġġih fil-friġġ biex jiffriska (imma mhux fil-friża għax jibbies). Torbotx it-teether m’għonq it-tarbija minħabba l-periklu li tifga.
  3. Jekk l-uġigħ ikun aktar qawwi jew ikun qed itellef lit-tarbija mill-irqad, agħtiha paracetamol jew ibuprofen (iċċekkja d-doża skont l-età tat-tarbija).
  4. Imsaħ il-bżieq mill-wiċċ biex tevita raxx fil-ġilda; jekk ikun hemm bżonn, idlek ftit vażellina.
  5. Tisforzax lit-tarbija tiekol u tixrob aktar milli tkun trid.

Iċ-ċappetta jew il-ġiżirana tal-amber m’humiex rakkomandati. M’hemm ebda evidenza xjentifika li jgħinu, u jistgħu jkunu perikolużi għax it-tarbija tista’ tixraq u tifga (jekk jinqatgħu ż-żibeġ) jew titgħallaq (jekk il-ġiżirana taqbad ma’ x’imkien).

Kitba ta’ Dr. Joseph Mizzi- Pedjatra

http://josephmizzi.blogspot.com.mt

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Join us

Your Name (required)

Your address (required)

Your Email (required)

Please be sure to give us both a landline number as well as a mobile number to be able to register

Your baby's name

Your baby's gender

Baby date of birth or due date

Is this your first baby?

If not, please add your other baby ages

How did you hear about this site?

 Yes, Sign me up. By ticking this box I agree I want to receive offers, parenting tips and promotional materials from Parentchildclub.com. I understand that the information may be used to contact me by email or by telephone. I consent to allow parentchildclub.com process my data according to their Privacy Policy at http://www.parentchildclub.com/?page_id=703