Parent Child Club

bl_banner_parentchildclub_728x90_18

Baby & Toddler

Measles

 

Il-ħożba (measles) hi marda infettiva kkawżata minn virus. Il-ħożba tista’ tkun marda serja, speċjalment fit-trabi u tfal żgħar. Sikwit ikun hemm bżonn kura fl-isptar.

L-ewwel sintomi jinkludu deni għoli ħafna (sa 104F); sogħla, għajnejn ħomor u jdemmgħu. Erbat ijiem wara joħroġ raxx fuq il-ġilda. Ir-raxx jibda wara l-widnejn u fil-wiċċ imma imbagħad jinfirex l-isfel mal-ġisem kollu.

Il-pazjent jibda jxerred il-mikrobu minn erbgħat ijiem qabel joħroġ ir-raxx sa erbgħat ijiem wara. L-ewwel sintomi tal-marda jitfaċċaw bejn ġimgħa u ġimgħatejn wara li tkun ħadt il-mikrobu. Tittieħed mill-arja u minn oġġetti kontaminati bil-virus.

Komplikazzjonijiet

Il-virus tal-ħożba jattakka ċ-ċelloli tas-sistema immunitarja u għalhekk jista’ jkun hemm diversi komplikazzjonijiet:

  • Infezzjoni fil-pulmun
  • Infezzjoni fil-widna
  • Aċċessjonijiet tad-deni
  • Dijareja
  • Myocarditis (infjammazzjoni fil-qalb).
  • Enkefalite (infezzjoni tal-moħħ li tista’ twassal għall-ħsara fil-moħħ u mewt)
  • Subacute sclerosing panencephalitis (SSPE) li twassal għal diżabilità serja u l-mewt.

Żewġ persuni minn kull elf imutu minkejja l-aħjar kura li jingħataw.

Prevenzjoni

It-tilqima tal-MMR tipproteġi t-tfal kontra il-ħożba. Tingħata f’darbtejn. F’Malta l-ewwel doża tingħata ta’ 13-il xahar u t-tieni ta’ 3 snin. Il-ġenituri jistgħu jċemplu l-health center jew it-tabib tat-tfal tagħhom jekk qatt ma ħadu t-tilqima jew il-booster.

F’Malta ftit li xejn għad ikollna ħożba peress li l-parti l-kbira tat-tfal huma mlaqqmin. F’pajjiżi oħra, inkluż fl-Ewropa, sikwit ikun hemm outbreaks tal-ħożba. Il-ġenituri li se jsiefru bit-tfal għandhom jaraw li huma mlaqqmin kontra l-ħożba.

Kitba ta’ Dr. Joseph Mizzi- Pedjatra

http://josephmizzi.blogspot.com.mt

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Join us

Your Name (required)

Your address (required)

Your Email (required)

Please be sure to give us both a landline number as well as a mobile number to be able to register

Your baby's name

Your baby's gender

Baby date of birth or due date

Is this your first baby?

If not, please add your other baby ages

How did you hear about this site?

 Yes, Sign me up. By ticking this box I agree I want to receive offers, parenting tips and promotional materials from Parentchildclub.com. I understand that the information may be used to contact me by email or by telephone. I consent to allow parentchildclub.com process my data according to their Privacy Policy at http://www.parentchildclub.com/?page_id=703