Parent Child Club

bl_banner_parentchildclub_728x90_18

Baby & Toddler

Car seat

car-seat

Il-car-seat isalva l-ħajja! Qatt toħrog it-tarbija fil-karozza jekk ma tkunx marbuta sewwa fih. Lanqas għandek tisqi jew treddgħa t-tarbija waqt li l-karozza tkun miexja.

Il-car-seat jista’ jintuża fuq is-sidil ta’ quddiem (imma bl-airbag mitfija) jew fuq is-sidil ta’ wara (fuq wara dejjem aktar safe).

Il-car-seat għandu jkun dejjem iħares lura (rear-facing) (ara l-istampa hawn taħt). B’hekk dahar is-siġġu jipprovdi protezzjoni għar-ras, l-għonq u x-xewka tad-dahar f’każ ta’ ħabta.

Il-car-seat irid jintrabat tajjeb mas-sidil, skont l-istruzzjonijiet tal-manwal, bis-safety belt tal-karozza jew fuq bażi apposta.

Ara li t-tarbija hi marbuta tajjeb ukoll. Iċ-ċineg (straps) jgħaddu minn fuq spallejn it-tarbija, kif ukoll mawar żaqqha, u m’għandhomx ikunu laxki. Il-pads maċ-ċineg għandhom ikun ħdejn l-ispallejn.

Tista’ tibda tuża siġġu li jħares ‘il quddiem meta l-piż tat-tarbija jilħaq il-massimu rakkomandat (madwar 10 kg) jew meta rasha tkun ogħla mid-dahar tas-siġġu. F’xi pajjiżi qed jesiġu li t-tfal jitħallew f’car seat li jħares lura sa’ sentejn u anke sa’ 4 snin peress li huma aktar safe.

Kitba ta’ Dr. Joseph Mizzi- Pedjatra

http://josephmizzi.blogspot.com.mt

 

 

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Join us

Your Name (required)

Your address (required)

Your Email (required)

Please be sure to give us both a landline number as well as a mobile number to be able to register

Your baby's name

Your baby's gender

Baby date of birth or due date

Is this your first baby?

If not, please add your other baby ages

How did you hear about this site?

 Yes, Sign me up. By ticking this box I agree I want to receive offers, parenting tips and promotional materials from Parentchildclub.com. I understand that the information may be used to contact me by email or by telephone. I consent to allow parentchildclub.com process my data according to their Privacy Policy at http://www.parentchildclub.com/?page_id=703