Parent Child Club

bl_banner_parentchildclub_728x90_18

Baby & Toddler

Tips għall-ġenituri fuq it-tilqim tat-tfal

Dawn huma ġabra ta’ pariri prattiċi għall-ġenituri rigward it-tilqim ta’ wliedhom.

Appuntament

  • L-ewwel tilqima tingħata fiċ-Ċentru tas-Saħħa, meta t-tarbija jkollha madwar 6 ġimgħat, fl-istess ġurnata tal-viżtà fil-Well Baby Clinic.
  • It-tilqima tal-meninġite fil-privat tista’ tinbeda madwar ġimgħa wara.
  • Immarka fil-kalendarju l-appuntamenti li jkun imiss biex ma tinsiex.
  • Informa l-klinika jekk għal xi raġuni ma tkunx tattendi, u biex tingħata appuntament ieħor.
  • Ħu l-ktejjeb tat-tarbija miegħek biex jitniżżlu t-tilqim fih u jkollok rekord tat-tilqim kollu. It-tabib jinforma wkoll in-National Immunisation Services bit-tilqim li jingħata fil-privat.

Qabel it-tilqima

  • It-tilqima tingħata fil-koxxa tat-tarbija – tlibbisx it-tarbija b’ħafna ħwejjeġ ġoffi. Fit-tfal akbar it-tilqima tingħata fid-driegħ – evita ‘polo neck’ u kmiem twal u ssikkati.
  • Iċċekkja t-temperatura tat-tarbija qabel tmur il-clinic, imma tagħti ebda mediċina.
  • Idealment it-tarbija ma tkunx bil-għatx jew għajjiena qabel it-tilqima.
  • Jekk it-tfal ikunu morda bid-deni, ma jifilħux sew jew jekk ikunu qed jieħdu xi steroids, ikun aħjar li t-tilqima tkun posposta. Jekk ikollhom sintomi ħfief ta’ riħ, it-tilqima tista’ tingħata xorta waħda.
  • Għid minn qabel lit-tfal kbar li se jieħdu tilqima. Aħjar ikunu ppreparati.

Waqt t-tilqima

  • It-tfal iħossuk jekk tkun nervuża. Żomm kalma biex it-tfal ma jibżgħux u jkunu kalmi huma wkoll.
  • Żomm it-tifel jew it-tifla sewwa kif tgħidlek in-ners jew it-tabib. Jekk tiddejjaq jew tibża’, ħalli f’idejn ħaddieħor.
  • Kun onesta mat-tfal. Aħjar tgħidilhom li se jħossu tingiża żgħira, milli tgħidilhom li mhux se jiġri xejn.
  • Fi ftit mumenti titnaddaf il-ġilda bl-ispirtu u tingħata t-titqiba. Jekk ikun se jingħataw żewġ tilqimiet, l-aħjar li jingħataw immedjatament wara xulxin biex tkun kedda waħda.
  • Meta tingħata t-tilqima, erfa’ t-tarbija fi ħdanek, kellimha bil-ħlewwa, u offrilha gażaża. It-tarbija ssoltu tieqaf tibki fi ftit ħin. Toddlers jistgħu jkunu aljenati b’xi ġugarell jew soft toy. Assigura t-tfal akbar li huma lesti u l-uġigħ dalwaqt imur.

Wara t-tilqima

  • Neħħi l-istikka wara xi siegħa.
  • Osserva t-tarbija u t-tfal wara t-tilqima. Fl-ewwel 24 siegħa jista’ jitla’ ftit deni u jistgħu jkunu xi ftit imdejqin b’xi uġigħ. (It-tilqima tal-MMR tista’ tagħti deni minn ħames sa għaxart ijiem wara).
  • Agħti paracetamol jekk ikollhom is-sintomi biss, mhux għal xejn b’xejn. Tista’ terġa’ tagħti paracetamol wara erba’ sigħat jekk ikun hemm bżonn.
  • Kellem it-tabib jekk is-sintomi jippersistu, jew jekk ikun hemm xi nefħa jew ħmura fejn tkun ingħatat it-tilqima

Ftakar li bit-tilqim inti qed tipproteġi lil uliedek minn mard serju. It-tilqim huwa sinjal ta’ kemm tgħożżhom u tħobbhom.

Kitba ta’ Dr. Joseph Mizzi- Pedjatra

http://josephmizzi.blogspot.com.mt/

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Join us

Your Name (required)

Your address (required)

Your Email (required)

Please be sure to give us both a landline number as well as a mobile number to be able to register

Your baby's name

Your baby's gender

Baby date of birth or due date

Is this your first baby?

If not, please add your other baby ages

How did you hear about this site?