Parent Child Club

bl_banner_parentchildclub_728x90_18

Baby & Toddler

Tummy time

Il-ġenituri jafu li għandhom iraqqdu t-tarbija fuq daharha sabiex jipproteġuha minn cot death. Forsi ma japprezzawx kemm huwa imporanti li t-tarbija tqatta’ wkoll ħin fuq żaqqha meta tkun mqajjma (‘tummy time’).

Peress li t-tarbija tagħmel ħafna ħin b’rasha tagħfas mas-saqqu, in-naħa ta’ wara jew il-ġenb tar-ras taf issir ċatta (‘plagiocephaly’). It-‘tummy time’ jgħin biex tissolva din l-problema aktar malajr.

Barra minn hekk, meta tkun fuq żaqqha t-tarbija tibda tgħolli geddumha, rasha u aktar tard tintrefha fuq dirgħajha. Dan l-eżerċizzju jsaħħaħ il-muskoli tal-għonq, id-dahar u l-ispallejn. Dan jgħinha biex tibda titgerbeb, tpoġġi bilqiegħda u titkaxkar (‘crawling’). Il-muskoli tal-għajnejn ukoll jissaħħu waqt li t-tarbija tkun tħares ‘l hawn u ‘l hemm meta tkun fuq żaqqha.

TIPS PRATTIĊI

  • Ibda t-‘tummy time’ mill-ewwel ġurnata li tieħu t-tarbija d-dar. Ibda bi ftit minuti biss, darbtejn jew tlieta kuljum. Għall-bidu tista’ tuża n-nappy changer jew is-sodda.  Meta tibdel il-ħarqa, ħu l-okkazzjoni biex iddawwar it-tarbija fuq żaqqha għal ftit ħin. Żid il-ħin u s-sessjonijiet bil-mod il-mod sakemm b’kollox tilħaq madwar siegħa kuljum.
  • Biex idarri t-tarbija toqgħod fuq żaqqha, poġġiha żaqqha ma’ żaqqek. Il-papà u adulti oħra jistgħu jagħmlu l-istess.
  • Sib ħin meta t-tarbija tkun svelta u għandha aptit tilgħab. Evita l-ħin immedjatament wara li tkun xorbot jew jekk tkun għajjiena u mqanżħa.
  • Qiegħed kutra jew tapit nadif fl-art, u poġġi t-tarbija fuq żaqqha. Tħallihiex weħidha. Jekk tista’ inżel mal-art għall-livell tagħha. Oqgħod magħha biex tieħu ħsiebha u biex tilgħabu flimkien. Ħares f’għajnejha, kellimha, idħqilha, kantalha, u uriha u ċekċek xi ġugarell.
  • Qiegħed xi ġugarelli madwarha biex ma tiddejjaqx u biex tibda’ tinġibed lejhom.
  • Jekk hemm aħwa akbar, ħallihom jilgħabu mat-tarbija waqt it-‘tummy time’, dejjem taħt superviżjoni.
  • Xi trabi jippreferu li jkollhom ftit sapport taħt sidirhom (ngħidu aħna xugaman mgerbeb jew imħadda żgħira).

Xi trabi jiddejjqu fuq żaqqhom, forsi għax ma jkunux mdorrijin. Għalhekk ibda bi ftit ħin, u żid bil-mod fil-ġimgħat ta’ wara. Aljena t-tarbija billi tkellimha, tidħqilha, tkantalha u turija ġugarelli. Meta tara li t-tarbija qed tiddejjaq, ieqaf. It-‘tummy time’ għandu jkum ħin pjaċevoli.
Nappella lill-ġenituri biex jinkludu ‘tummy time’ fir-rotina tat-tarbija tagħhom u b’hekk jgħinuha tissaħħaħ u tiżviluppa aħjar.

Kitba ta’ Dr Joseph Mizzi- Pedjatra

http://josephmizzi.blogspot.com.mt

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Join us

Your Name (required)

Your address (required)

Your Email (required)

Please be sure to give us both a landline number as well as a mobile number to be able to register

Your baby's name

Your baby's gender

Baby date of birth or due date

Is this your first baby?

If not, please add your other baby ages

How did you hear about this site?

 Yes, Sign me up. By ticking this box I agree I want to receive offers, parenting tips and promotional materials from Parentchildclub.com. I understand that the information may be used to contact me by email or by telephone. I consent to allow parentchildclub.com process my data according to their Privacy Policy at http://www.parentchildclub.com/?page_id=703