Parent Child Club

Baby & Toddler

Fever in children

feverFil-qosor

  • Ħu t-temperatura taħt id-driegħ (armpit) b’termometru diġitali.
  • Id-deni jibda minn 37.5C (99.5F).
  • Tagħtix mediċina sempliċiment biex tnaqqas id-deni. Uża pararcetamol jew ibuprofen jekk it-tifel jew it-tifla jkunu mdejjqin bid-deni jew b’xi wġigħ.
  • Uża paracetamol jew Ibuprofen imma mhux it-tnejn flimkien.
  • Offri ilma u xorb ieħor biex it-tfal ma jixxottawx.
  • Tagħmlix tepid sponging, banju jew tneżża’ l-ħwejjeġ kollha biex tnaqqas id-deni.
  • Kellem tabib jekk it-tarbija jkollha d-deni (speċjalment fl-ewwel xhur tal-ħajja anke jekk tkun tidher tajba).

Id-deni

Il-ġisem iżomm it-temperatura stabbli, madwar 36-37˚C, tkun xi tkun it-temperatura fl-ambjent. Meta t-temperatura togħla ‘l fuq minn normali jfisser li hemm: (1) infezzjoni; (2) reazzjoni għat-tilqima; jew (3) it-tarbija tkun xotta jew msaħħna żżejjed.

Waqt li jkun tiela’ d-deni, it-tifel iħoss tkexkix ta’ bard u t-truf t’idejh ikun kesħin. Wara xi ħin it-tifel jinħass sħun, jiħmar u jista’ jixxarrab bil-għaraq.

It-termometru

It-termometru diġitali huwa l-aħjar għażla għax hu preċiż u faċli biex taqrah. Il-ħġieġa tad-deni mhix rakkommandata peress li faċilment tinkiser.

Kif tieħu t-temperatura

It-temperatura tista’ tittieħed minn diversi postijiet (milll-ħalq, minn taħt id-driegħ, fil-widna jew mill-warrani), imma għas-sempliċità, nissuġġerilek tieħu t-temperatura minn taħt id-driegħ.

Agħfas il-buttuna; poġġi t-tarf tat-termometru f’nofs l-armpit imiss dirett mal-ġildaiġbed id-driegħ ‘il ġewwa u żomm it-termometru sod; stenna sakemm idoqq (u daqs minuta aktar għax it-temperatura tkompli tiela ftit ieħor). Aqra t-temperatura kif tkun, mingħajr ma żżid jew tnaqqas xejn.

Temperatura anqas minn 37.5˚C (99.5˚F) hija normali; ogħla minn 37.5˚C (99.5˚F) tfisser deni. 

Kif tikkontrolla d-deni

It-tfal żgħar jittolleraw id-deni u għalhekk m’hemmx bżonn li dejjem tagħti l-mediċini għad-deni. Id-deni jgħin biex il-ġisem jiġġieled l-infezzjoni. Jekk it-tifel ikun skomdu, tajjeb li tagħti paracetamol jew ibuprofen biex iħossu aħjar. Tagħtix paracetamol u iboprofen flimkien. Huwa importanti li tagħti d-doża korretta. Il-paracetamol jista’ jingħata kull 4 sigħat, skond il-bżonn, sa massimu ta’ erba’ darbiet f’24 siegħa. 

Tużax biċċa niedja (‘tepid sponging’) jew banju biex tniżżel id-deni. Ara li t-tifel ikun liebes u mgħotti komdu. Żomm it-temperatura tal-kamra komda, imma mhux kiesħa.

Bid-deni nitilfu ħafna ilma fl-għaraq u man-nifs. Għalhekk agħtih jixrob ilma, ħalib, jogurt, brodu jew jelly biex ma jixxottax. Tisforzaħx jiekol. Huwa normali li meta jkunu morda, it-tfal jieklu anqas mis-soltu. 

Tfal morda għandhom jistrieħu imma mhux bil-fors fis-sodda. Ġeneralment it-tfal jistgħu jirritornaw l-iskola 24 siegħa wara li jkun niżel id-deni.

Meta tkellem it-tabib

Id-deni għoli mhux dejjem jindika infezzjoni serja; mill-banda l-oħra infezzjoni serja mhux dejjem timmanifesta ruħha b’deni għoli. Għalhekk huwa importanti li tagħti każ tal-kundizzjoni ġenerali tat-tifel u sintomi oħra. Staqsi lilek nnifsek: it-tifel għadu jilgħab, fuq tiegħu, jitbissem u jidħak, speċjalment x’ħin ma jkollux deni? Jew jidher imdejjaq, mgħaxxex jew miġugħ? Qiegħed ibati biex jieħu n-nifs jew in-nifs mgħaġġel?

Fittex għajnuna medika f’dawn iċ-ċirkostanzi:

1. Deni f’tarbija mit-twelid sakemm ikollha tlett xhur, avolja t-tarbija ma tkunx tidher marida.

2. Deni f’tarbija taħt is-sena jekk tkun tidher ma tiflaħx.

3. Fit-tfal ta’ kull età, jekk id-deni jibqa’ jippersisti aktar minn 3 ijiem.

4. Ikun hemm sintomi bħal nifs mgħaġġel jew nifs batut, biki kontinwu, telqa jew ħedla kbira, raxx bħal tbenġil (li ma jiċċarax meta tagħfas tazza tal-ħġieġ fuqu), uġigħ fil-griżmejn jew widnejn, aċċessjoni u rimettar jew dijareja frekwenti.

Kellem tabib jekk tħossok inkwetata u jekk il-kundizzjoni tmur għall-agħar anke jekk qabel kien diġa’ rah tabib.

L-aċċessjoni tad-deni

Tfal minn 6 xhur sa 5 snin, speċjalment it-toddlers, jista’ jagħtihom aċċessjoni bid-deni. It-tifel jintilef minn sensieh, jibbies, xofftejh jikħalu, u wara ftit jibda’ jagħti b’idejh u saqajh. L-aċċessjoni ddum ftit minuti u ħafna drabi t-tifel jorqod wara li tgħaddi bla ebda konsegwenzi.

F’każ ta’ aċċessjoni, ibqa’ kalm, innota x’ħin bdiet, oqgħod ħdejn it-tifel u ara li ma jaqax jew jaħbat ma x’imkien u jweġġa’. Ixxarbux, tagħtix mediċini, tipprovax twaqqaf iċ-ċaqliq jew tqiegħed subgħajk jew xi oġġett f’ħalqu. Meta tieqaf l-aċċessjoni qiegħed it-tifel fuq ġenbu u għamillu suppożitorju tad-deni. Wara l-aċċessjoni kellem tabib biex jeżamina t-tifel u jara minn fejn ġej id-deni.

Jekk l-aċċessjoni ddum aktar minn 10 minuti, ċempel 112 u staqsi għall-ambulanza. Tieħux it-tifel l-isptar fil-karozza privata.

 

Kitba ta’ Dr. Joseph Mizzi- Pedjatra.

http://josephmizzi.blogspot.com.mt/

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Join us

Your Name (required)

Your Email (required)

Contact number (required)

Baby's date of birth or due date

How did you hear about this site?

 Yes, Sign me up. By ticking this box I agree I want to receive offers, parenting tips and promotional materials from Parentchildclub.com. I understand that the information may be used to contact me by email or by telephone. I consent to allow parentchildclub.com process my data according to their Privacy Policy at http://www.parentchildclub.com/?page_id=703