Parent Child Club

Baby & Toddler

Croup: All You Need to Know

Il-croup hi kundizzjoni respiratorja komuni fit-tfal u tista’ twassal għal djuq fil-passaġġi tal-arja. Tiġri l-aktar fit-tfal bejn 6 xhur u 3 snin, għalkemm tista’ taqbad fit-tfal akbar ukoll. Is-sintomi jinkludi vuċi maħnuqa, solgħa tixbaħ kelb jinbaħ, ħoss aħrax man-nifs (stridor) u nifs mgħaġġel u tqil.

Il-croup tiġi kkawżata minn virus jew alleġija (u għalhekk l-antibiotiċi ma jgħinux), u hi l-aktar komuni fix-xitwa. Is-sintomi jkunu agħar matul il-lejl. Il-marda taf ddum madwar ġimgħa imma ġeneralment tkun fl-agħar tagħha fl-ewwel żewġt iljieli.

Xi tfal b’sintomi aktar qawwija jkollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar għall-kura, li tkun tikkonsisti fi steroids (li jnaqqsu l-ifjammazzjoni u d-djuq fil-passaġġi tal-arja), u kultant adrenalina, ossiġnu u rarament ikun hemm bżonn il-magna tan-nifs. Ħafna tfal bil-croup jistgħu jkunu kkurati d-dar wara li jkun eżaminhom it-tabib.

Il-Kura d-Dar

  • Tużax il-fwar. M’hemmx evidenza li jgħin u jista’ jwassal għal xi samta aċċidentali.
  • Ikkalma u wennes lit-tifel jew lit-tifla.
  • Ħajjar lit-tifel jixrob (ilma, ħalib, eċċ) biex ma jixxottax mill-ilma.
  • Agħti paracetamol jew ibuprofen jekk it-tifel ikun mdejjaq bid-deni.
  • Iċċekkja kif ikun sejjer minn ħin għal ieħor, inkluż matul il-lejl.
  • Erġa’ ġib it-tifel l-isptar jekk il-kundizzjoni tiegħu tmur għall-agħar jew jekk tħossok aktar inkwetata fuqu.

Fittex Għajnuna Medika

Jekk it-tifel ikollu xi wieħed minn dawn is-sinjali, mur mill-ewwel l-isptar jew ċempel 112:

  • Nifs mgħaġġel tant li ma jkunx jiflaħ jitkellem jew jiekol.
  • Ħoss aħrax man-nifs (stridor) anke meta t-tifel ikun mistrieħ.
  • Lewn kaħlani madwar il-ħalk jew il-ġilda tidher pallida.
  • It-tifel jidher wisq imdejjaq, imħawwad jew mħeddel iżżejjed.
  • Deni għoli jew ibeżlaq.
  • It-tifel ma jkunx qed jixrob biżżejjed.
  • Il-ġenituri jħossuhom inkwetati fuq il-kondizzjoni tat-tifel.

Ftakar

  • Il-croup hi marda ħafifa imma tista’ tiggrava malajr.
  • Is-sintomi huma agħar matul il-lejl.
  • Il-fwar ma jgħinx u jista’ jwassal għal xi samta aċċidentali.
  • Jekk in-nifs ikun mgħaġġel u batut, jew jekk it-tifel ikun jidher wisq imdejjaq, tiddawwarx biex tfittex għajnuna medika.

Hemm kundizzjonijiet oħra li jistgħu iwasslu għal diffikultà fin-nifs, bħall-ażma, bronchiolitis u wheezy bronchitis. Wieħed ma jippretendix li l-ġenituri jagħrfu dawn il-kundizzjonijiet, imma hu x’inhu, jekk it-tifel ikun qed ibgħati biex jieħu n-nifs, jew qed jieħu n-nifs mgħaġġel, tant li bil-kemm ikun jista’ jitkellem jew jixrob, il-parir tiegħi hu li tfittxu l-għajuna medika mill-ewwel, u jekk ikun hemm bżonn ħuduħ l-emerġenza. Fejn jidħol il-nifs, ma nistgħux nieħdu riskji.

Kitba ta’ Dr. Joseph Mizzi- Pedjatra
http://josephmizzi.blogspot.com.mt/

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Join us

Your Name (required)

Your Email (required)

Contact number (required)

Baby's date of birth or due date

How did you hear about this site?

 Yes, Sign me up. By ticking this box I agree I want to receive offers, parenting tips and promotional materials from Parentchildclub.com. I understand that the information may be used to contact me by email or by telephone. I consent to allow parentchildclub.com process my data according to their Privacy Policy at http://www.parentchildclub.com/?page_id=703