Parent Child Club

Baby & Toddler

Head Lice

Il-qamel fl- irjus tat–tfal

Issa li dhalna sew fl- istagun tax – xitwa u bdiet l- iskola, beda ugiegh ta’ ras kbir ghall – genituri kif ukoll ghall – ghalliema u l- kapijiet ta’l- iskejjel. Dan minhabba il – fattur ta’ qamel fl- irjus tat – tfal, fejn il- problema tinxtered hafna minn tifel jew tifla ghall- iehor jew l- ohra.

Xi jkun dan il – qamel ?

Dan l- insett jissejjah Pediculosis Humanus Capitis u generalment, ghalkemm huwa ta’ kulur griz, dan hafna drabi jiehu l- kulur tax xaghar tal – persuna nfettata. Dan jankra ruhu max – xaghar fuq il – parti t’ isfel u ta’ wara tar – ras jew wara l- widnejn, permezz ta’ dwiefer li qishom gancijiet li jinstabu ma’ kull wahda mis – sitt saqajn ta’ l- insett. Importanti li wiehed jemmen li l- qamel ma jaqbisx jew itir minn ras ghall – ohra.

Il – qamel femminili tghix ghal xi tletin gurnata fuq il – persuna, fejn f’ dan il – perjodu, hija tbid mad – disghin bajda (tlieta kuljum), li jehlu sew max – xaghra vicin il- qurriegha. Dawn il – bajd ifaqqsu fi zmien tmienja jew disat ijiem, biex b’hekk ic – ciklu tal – hajja tal – qamel itul qisu hmistax – il gurnata.

X’inhuma s –sinjali ta’ infestazzjoni tal – qamel fir – ras ?

L- ewwel sinjal ta’ din l- infestazzjoni hija hakk intensiv fir – ras, fejn il- brix minn dan il – hakk jista’ sahansitra jikkawza infezzjoni fil – gilda tar – ras, specjalment f’ kazi ta’ nuqqas ta’ igjene fil – persuna nfettata.

Kif jigi trasmess dan il – qamel  ?

Il – qamel jista’ jinfetta lil kulhadd u jinfirex b’ kuntatt personali jew billi wiehed imiss xi oggett li kien f’ kuntatt mal – persuna nfettata. Il – qamel li jinfettaw lin – nies is – soltu ma jinfettawx annimali jew « pets ». Ta’ min ikun jaf ukoll li l- qamel ma jitrassmettux mard minn persuna ghall – ohra.

Kif jista’ wiehed jiccekkja ghall – qamel ?

Bix ticcekkja ghall – qamel, wiehed irid jezamina r – ras ghall – bajd. Fis – sistema pubblika tas – sahha f’Malta, it – tfal fl- iskejjel jigu ezaminati mis – servizz mediku ta’ l- iskejjel, fejn in – ners regolarment iddur l- irjus tat – tfal ghal xi infestazzjoni. Importanti li f’ dan il – qasam ikun hemm bzonn ta’ koperazzjoni mill – genituri u l- istudenti stess. In – ners tuza bhal lapes ta’ l- injam biex tofroq ix – xaghar tat – tfal u b’hekk tkun tista’ tara jekk hemmx qamel jew bajd imwahhlin max – xaghar. Jekk xi tfal jinstabu nfettati, il – klassi kollha tigi ccekkjata, u l- kazi nfettati jintbaghtu ghall – kura u jinzammu barra mill – iskola sakemm il – kura addatata tinghata lit – tifel jew tifla koncernati.

X’ kura hemm ghall – infestazzjoni tal – qamel ?

Hemm diversi medicinali ghall – kontroll ta’ l- infestazzjoni tal – qamel. Dawn issibhom f’forom ta’ kremi, xampu u lotions u maghhom ikun hemm moxt specjali biex jitnehhew il – bajd tal – qamel li jkun imwahhal max – xaghar.

Wiehed ghandu jittratta l- kaz infettat billi jitnehhew il – hwejjeg minn fuqu, tapplika il – medicina fuq il – qurriegha skond id – direzzjonijiet moghtija, imbaghad wiehed ilibbes hwejjeg nodfa. Il – hwejjeg, intant, kif ukoll lozor u oggetti ohra ta’ bjankerija li kienu f’ kuntatt mal – persuna nfettata fi zmien 48 siegha, ghandhom jigu mahsula f’ ilma jahraq b’disinfettat addattat u jitnixxfu bil – magna. Mezzi alternattivi ta’ kif wiehed jista’ jidizinfetta l- hwejjeg jinkludu ’dry cleaning”, ippakkjar tal – hwejjeg go borza tal – plastik ghal ghaxart ijiem, kif ukoll wiehed jista’ jpoggihom go friza, fejn it – temperatura tal – friza toqtol il – bajd u l- qamel b’ kollox.

X’ jista’ jaghmel wiehed biex jevita li jerga’ jinfetta ruhu ?

Sabiex wiehed jevita li jerga’ jinfetta ruhu, il – membri tal – familja tat – tifel jew tifla nfettata iridu jigu trattati fl- istess gurnata. Hafna drabi wiehd ikun irid jerga’ japplika t – trattament wara sebgha jew ghaxart ijiem ohra. B’ hekk wiehed joqtol il – qamel li jkunu faqqsu wara l- ewwel trattament.

 

Kitba ta’ Dr.Chris Sciberras – Pedjatra

 

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Join us

Your Name (required)

Your Email (required)

Contact number (required)

Baby's date of birth or due date

How did you hear about this site?

 Yes, Sign me up. By ticking this box I agree I want to receive offers, parenting tips and promotional materials from Parentchildclub.com. I understand that the information may be used to contact me by email or by telephone. I consent to allow parentchildclub.com process my data according to their Privacy Policy at http://www.parentchildclub.com/?page_id=703